Difrejn il-Falkun

Difrejn il-Falkun | 2019

Dak li kulħadd kien qed jibża’ li għad jiġri, sa fl-aħħar seħħ. Fost l-immigranti irregolari li jaslu Malta bid-dgħajsa, grupp ta’ terroristi indottrinati u mħarrġin f’kamp tal-estremisti fl-Afrika ta’ Fuq jippjanaw wieħed mill-agħar attakki li qatt saru fuq pajjiż tal-Punent.

Thomas Whitfield, aġent speċjali tal-FBI, jintbagħat biex jgħin lill-membri ta’ S.I.K.T.A., taqsima ġdida ultra sigrieta li taqa’ direttament taħt il-President ta’ Malta. Fdata b’missjoni diffiċli, is-Soċjeta’ Investigattiva Kontra t-Terroriżmu u l-Aggressjoni tinsab f’ġirja sfrenata kontra l-ħin. Osman Taylor, l-uniku pulizija Malti iswed, jissogra ħajtu.

Ixtri dirett mill-awtur u jwassalulek hu stess! Ikkuntattjah permezz ta’ email, ċempel, jew ibgħat fuq il-medja soċjali.

Ixtri minn: Agenda Bookshop